Sunday, November 24, 2024

Mid-dehra għadna ma ħlisnihiex!

Aqra wkoll

Kif il-maġġoranza tagħkom diġà jafu, dan is-sit matul dawn l-aħħar jiem għarrafkom li llum huwa previst il-maltemp. Għal dawk li jippreferu s-sajf mix-xitwa, ma tantx kienu ħerqana biex jasal il-31 t’Awwissu.

Bħalma jiġri s-soltu, bosta jibdew jistaqsu xi kemm fadlilha biex taqbad traxxax ix-xita. Sal-bieraħ kien għadu previst li x-xita kellha tibda nieżla minn filgħodu. Għalhekk, sintendi, jibdew l-ewwel spekulazzjonijiet fuq il-midja soċjali biex jistaqsu jekk il-previżjoni tat-temp inbidlitx, jew iktar minn hekk jirrikorru għal kummenti oħra fejn jgħidu li ttieħed xi żball dwar ir-rapport tat-temp.

Fl-aħħar ħin, il-paġna ‘Aġġornament tat-Temp’ qalet li “l-indikazzjoni tagħna fuq is-sistema għadha mmarkata bix-xita … tbiddel il-ħin għal waranofsinhar”. L-istess sorsżied jispjega li l-bidla minn dak previst għal dak attwali hija minħabba “nuqqas ta’ riħ fl-għoli tal-atmosfera kif ukoll antiċiklun Afrikan bil-pressjoni tiegħu qiegħed idgħajjef ħafna mill-maltemp li bħalissa wasal fuq Pantellerija, li jfisser erba’ sigħat tard”.

L-istess paġna kompliet tgħid li skont indikazzjonijiet li kellhom fl-aħħar ħin, x’aktarx li għadna ma ħlisnihiex mix-xita u li l-maltemp mhux mistenni li jkun kiefer: “Maltemp estrem jidher ċar li mhux ser jilħaqna. L-indikazzjoni ta’ xita għadha bejn 60% u 70% fil-ħin li ġej; jiġifieri kulma tbiddel huwa l-ħin. Aktar ma jdum ma jasal fuqna, aktar qiegħed jitlef mill-intensità bħala xita”.

Sport