Wednesday, December 31, 2025

Mid-Dinja tar-Wrestling: John Cena u t-tmiem ta’ karriera denja għall-Hall of Fame

Aqra wkoll

Minn Bradley Zerafa

Aktar kmieni din is-sena din il-paġna ppubblikat artiklu dwar ir-wrestler veteran John Cena, li f’Money In The Bank 2024 kien habbar li s-sena 2025 ser tkun l-aħħar sena tiegħu fir-ring.

Issa li s-sena 2025 kważi waslet fi tmiemha, hekk ukoll il-karriera ta’ John Cena. Id-data 13 ta’ Diċembru 2025 ser tibqa’ mnaqqxa fl-istorja bħala d-data fejn Cena ikkompeta għall-aħħar darba.

Kienet sena mżewqa mhux hażin. Fost oħrajn, rajna lil Cena f’diversi matches ta’ nostalġija, fosthom kontra Randy Orton, kontra l-akbar fan tiegħu R Truth, kontra CM Punk, Brock Lesnar, AJ Styles, kif ukoll rajnih jiġġieled għall-ewwel darba kontra Dominik Mysterio, li tul dawn l-aħħar ftit snin, naqqax ismu bħala wieħed mill-istilel futuri ta’ WWE. Kien hawnekk fejn John Cena kiteb parti oħra mill-istorja fil-karriera tiegħu bħala Grand Slam Champion, bir-rebħ tad-WWE Intercontinental Championship.

Wieħed mill-mumenti li l-maġġoranza tal-fans żgur mhux ser jinsew malajr minn dan ir-retirement tour, huwa meta f’Wrestlmania 41 ġewwa Las Vegas, John Cena kiser ir-rekord tal-aktar titli dinjija merbuħa, meta għeleb lil Cody Rhodes, biex isir l-Undisputed WWE Champion, u addotta l-isem ta’ Never Seen Seventeen.

Biex ma nsemmux ukoll il-heel turn lejn it-tmiem ta’ Elimination Chamber bl-għajnuna ta’ Dwayne “The Rock” Johnson u r-rapper Travis Scott.

Sa mill-bidu tat-tħabbira ta’ Cena, il-mistoqsija fuq fomm kulħadd kienet, min ser ikun dak li jiġġieled kontrih fl-aħħar konfront? U issa għandna risposta għaliha ukoll.

Wara li tnieda tournament bl-isem “The Last Time Is Now Tournament” fejn rajna l-parteċipazzjoni ta’ Zack Ryder u Dolph Ziggler, li bħalissa t-tnejn jinsabu taħt kuntratt mal-kumpanija TNA Wrestling, kien propju Gunther, jew kif inhu aħjar magħruf “The Ring General”, li rebaħ dan it-tournament billi għeleb lil LA Knight, biex naqqax ismu fl-istorja ta’ WWE bħala l-aħħar avversarju ta’ John Cena, li ser issir ġewwa Washington DC waqt edizzjoni oħra ta’ Saturday Night’s Main Event.

Tgħid il-pass li jmiss ta’ Cena x’ser ikun? Tgħid viċin li narawh fid-WWE Hall of Fame?

Min Jaf….

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport