Thursday, May 22, 2025

Mid-Dinja tar-Wrestling – L-istorja wara Money In The Bank – Opportunitá għal ċans tad-Deheb

Aqra wkoll

minn Bradley Zerafa

Matul is-snin rajna bosta rebbieħa tal-Money In The Bank Ladder Match. Bosta irriżultaw f’rebħiet ta’ Titli Dinjija, uħud le. Pero li hu żgur, li jekk tingħata l-opportunita’ li tikkwalifika għall-Money In The Bank Ladder Match, tkun biss pass bogħod milli possibilment issib ruħek fil-quċċata, permezz ta’ kuntratt ġewwa bagalja għal ġlieda kontra liema world champion trid, meta trid u fejn trid.

Kien proju għoxrin sena ilu fejn f’Wrestlemania 21, Edge ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ tal-ewwel Money In The Bank Ladder Match, u wara 280 ġurnata għamel il-cash in tiegħu fuq id-WWE Champion, John Cena, fil-Pay Per View “New Year’s Revolution” tal-2006.

Minn 35 holder tal-Money In The Bank briefecase, rajna 28 li kienu suċċess u allura rriżultaw f’world champions ġodda, filwaqt li 6 ma rnexxielhomx. Rajna żewġ istanzi fejn il-Money In The Bank briefcase holder tilef il-bagalja u għalekk ġie misruq l-opportunita’ li jisfida għat-titlu dinji. Dawn kienu Mr Kennedy fl-2007 u Otis fl-2020, fejn ġew megħluba minn Edge u The Miz rispettivament, li mbagħad it-tnejn li huma ħarġu rebbieħa meta għamlu l-cash in.

Fl-2017 ġiet imħabbra għall-ewwel darba l-Money In The Bank Ladder Match, fejn Carmella teknikament kienet ir-rebbieħa, wara li s-sieħeb tagħha ‘on screen’ James Ellsworth tela l-iskaluni tas-sellun u garalha l-bagalja f’idejha. Pero din ma niżlitx tajjeb, la mal-kbarat u lanqas mal-parteċipanti tal-ġlieda. Kien għalhekk deċiż li din il-ġlieda terġa’ ssir ġimgħa wara fuq Smackdown Live, fejn Carmella għal darb’oħra kienet ir-rebbieħa, din id-darba bil-mertu kollhu tagħha, fejn teknikament saret l-unika femminili li rebħet din il-bagalja darbtejn.

Ta’ min insemmi wkoll li fejn jidħlu rebbieħa femminili, dawn għandhom rata ta’ suċċess perfetta, fejn it-tmien rebħiet fil-Money In The Bank Ladder Match irriżultaw f’rebħ ta’ titlu.

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Money In The Bank mistennija ssir is-Sibt 7 ta’ Ġunju 2025 ġewwa Los Angeles, California. Tgħid min ser ikunu r-rebbieħa li jmiss?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport