Wednesday, June 25, 2025

Mid-Dinja tar-Wrestling: Wrestling Day at PlanetConsoles – Ġenna fl-Art Għal Min Iħobb ir-Wrestling

Aqra wkoll

minn Bradley Zerafa

Jekk inti persuna li tħobb ir-wrestling, b’mod partikolari dak li għandu x’jaqsam ma’ WWE, mela din hi attivita’ li żgur ma tistax titlef.

Il-grupp ta’ Facebook ‘Wrestling Fan Club Malta’ b’kollaborazzjoni ma’ PlanetConsoles li jinsab Triq Tumas Fenech Birkirkara, nhar is-Sibt 28 ta’ Ġunju ser tkun qed torganizza attivita’ li ġġib l-isem ta’ WRESTLING DAY  at PlanetConsoles fejn, fost oħrajn, l-attrazzjoni prinċipali ser ikun it-turnew tal-logħba WWE 2K25 fejn kull parteċipant ser jikkompeti biex naraw min hu ċ-Champion ta’ WWE 2K25 f’Malta.

Preżenti wkoll għal din l-attivita ser ikun hemm Bradley Z u HAMEZ minn One Fall, il-podcast Malti li jagħti lis-segwaċi tiegħu rendikont vast fuq dak li jkun għaddej fid-dinja ta’ WWE.

U meta ngħidu l-kelma ‘dinja’ ma nistawx inħallu barra l-paġna “Mid-Dinja Tar-Wrestling” li ukoll ser tkun preżenti dakinhar għal dak il-ftit rapportaġġ minn wara l-kwinti fuq dak kollu li jkun għaddej.

Fost il-mistednin mħabbra diġa’ naraw ukoll wħud mill-atleti ta’ Pro Wrestling Malta, fosthom il-fundatur u Head Trainer, Gianni Valletta, kif ukoll Jack Quinn u HAMEZ. Ma nistawx ninsew il-podcast stabbilita ‘Malta Pop’ li ukoll ser tkun hemm.

Attrazzjoni sabiħa wkoll li wisq probabbli ser tinżel għasel ma’ dawk kollha dilettanti hu l-fatt li ser ikun hemm Photo Booth b’varjeta’ ta’ props ta’ WWE, jiġifieri ser ikollok iċ-ċans uniku li tħossok daqs li kieku inti wrestler ta’ WWE. Xi trid aktar?

Kollox jara l-bidu tiegħu nhar is-Sibt 28 ta’ Ġunju fi PlanetConsoles ta’ Triq Tumas Fenech Birkirkara fil-ħdax ta’ filgħodu. Għat-turnew ta’ WWE 2K25 qed tintalab il-miżata ta’ €10.00, pero l-entratura hija kompletament bla ħlas.

Titilfuwhiex!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport