Fil-kompetizzjoni ‘Sharks Swimming Cup’ li saret f’Burgas, il-Bulgarija, Ella Fenech Attard kisbet suċċess u unur għall-Malta, meta rebħet il-midalja tad-Deheb fit tellieqa ta’ 400 metru Frerestyle -iżda mhux biss: Hija ħadet ukoll il-midalja tal-fidda fit-tiġrijiet tal-200 u l-100 metru Freestyle u tal-Bronż fil- 100 metru Freestyle.
Filwaqt li kisret l-aqwa rekords personali tagħha fil-tlielaq kollha, Ella, li għandha biss 12-il sena, ikkompetiet kontra xej inqas minn 873 atleta internazzjonali tal-għawm. L-avveniment Sharks Swimming Cup sar bejn it-23 u s-26 ta’ Frar, 2023.