Saturday, May 31, 2025

Midalja tad-deheb fil-women duet tal-għawm artistiku

Aqra wkoll

Malta rebħet midalja oħra tad-deheb, il-11-il waħda, din id-darba fil-Women Duet tal-Għawm Artistiku, permezz tal-atleti Thea Grima Buttiġieġ u Ana Culic.

Dan hekk kif dalgħodu ġie milqugħ il-protest tal-Kumitat Olimpiku Malti rigward ir-riżultat finali ta’ din il-kompetizzjoni li saret il-Ġimgħa filgħaxija.

Malta kienet ipprotestat minħabba li r-riżultat finali ma kienx jaqbel mar-riżultat li oriġinarjament kien ingħata lill-għawwiema maltin.

Ir-riżultat il-ġdid jara lil Malta fl-ewwel post bi skor ta’ 206.3200, quddiem Andorra (198.6392) u Liechtenstein (198.0342) rispettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport