Saturday, May 31, 2025

Midalja tad-deheb fl-Atletika minn Beppe Grillo fil-200m tal-irġiel

Aqra wkoll

Grillo daħal l-ewwel f’ħin ta’ 21.21 quddiem iż-żewġ atleti tal-Iżlanda Thorgrimsson u Gunnarsson.

Għal Malta din hi t-12-il midalja tad-deheb f’dan il-logħob.

F’aktar riżultati sa issa mill-Atletika s-sibt filgħodu u li fihom kienu involuti atleti maltin:

Fil-200m nisa, Thea Parnis Coleiro spiċċat fir-raba’ post b’ħin ta’ 24.68.

Fl-400m Hurdles irġiel, Jordan Pace spiċċa fis-sitt post.

Fl-10,000metru irġiel Luke Micallef Perconte spiċċa r-raba’ b’ħin ta’ 31:26.75 filwaqt li Dillon Cassar is-seba’ b’ħin ta’ 32:18.94.

Fit-Triple Jump tal-irġiel, Ian Paul Grech spiċċa r-raba’ b’qabża ta’ 14.52, 14-il ċentimetru bogħod mill-bronż. Min-naħa tiegħu James Armani l-ħames b’qabża ta’ 14.36.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport