L-aħħar midalja mirbuħa minn Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar waslet mit-tennis. Midalja tal-fidda mill-koppja Matthew Asciak u Francesca Curmi fil-Mixed Doubles tat-tennis.
Dan hekk kif fil-finali li ntlagħbet is-sibt wara nofs-in nhar huma tilfu kontra Alex Knaffe u Marie Weckerle tal-Lussemburgu 2-0.
Il-Lussemburgu rebħu ż-żewġ sets bil-punteġġ ta’ 6-1 / 6-4 .