Il-kumpanija MIDI fi stqarrija li ħaġet ilbieraħ filgħaxija rrikonoxxiet l-istqarrijiet li saru mill-Gvern fosthom mill-Prim Ministru nnifsu dwar Monoel Island filwaqt li qalet li dawn komplew iżidu l-għajta għal reviżjoni tal-proġett propost fuq din il-gżira.
L-istqarrija tgħid li l-kumpanija MIDI qed tħares l-obbligazzjonijiet tagħha kif stipulat fl-emfitwesi, iżda fl-sistess ħin uriet ir-rieda li tidħol f’diskussjonijiet kostruttivi mal-Gvern. Qalet li dan lesta tagħmlu sakemm ikun aċċertat l-interess pubbliku u ta’ dawk li għandhom l-ishma fil-kumpanija.
Ġie nnutat ukoll li d-direzzjoni tal-Gvern biex din il-gżira tkun park nazzjonali u għalhekk MIDI lesta tasal fi ftehim. Hi nnutat li l-prijoritajiet llum huma differenti minn dawk ta’ meta ngħatat il-konċessjoni lura fis-sena 2000.