Il-mezzi tax-xandir Taljani qed tirraporta li lbieraħ filgħaxija fi Sqallija, propju fi triq li tinsab bejn Ragusa u Modica seħħ inċident bejn mutur u karozza u liema inċident kien jinvolvi żewġ Maltin, mara u raġel
Qed jiġi rrapurtat li r-raġel kien qed isuq il-mutur tiegħu, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’karozza. Il-mara kienet passiġġiera fuq wara tal-mutur.
Ingħad ukoll li l-Maltin u x-xufier tal-karozza li huwa minn Modica, ittieħdu l-Isptar fil-viċin għal iktar kura meħtieġa. Sa issa huwa mifhum li filwaqt li r-raġel Sqalli qed isofri minn ġrieħi ħfief, iż-żewġ Maltin jinsabu fil-periklu tal-mewt.