Friday, December 27, 2024

Mietet bil-Covid-19 wara li beżqilha raġel li sostna li kien infettat

Aqra wkoll

Persuna li kienet taħdem f’biljetterija fi stazzjon tal-ferrovija mietet kaġun tal-Covid-19 wara li beżqilha raġel li sostna li kien infettat bil-virus. Belly Mujinga ta’ 47 sena kellha problemi respiratorji u kienet qiegħda taħdem fl-istazzjon Victoria f’Londra meta f’Marzu li għadda kienet attakkata flimkien ma’ kollega oħra.

Ftit jiem wara l-aggressjoni, iż-żewġ nisa bdew bis-sintomi tal-virus. Il-Pulizija għat-Trasport qalet li kienet infetħet inkjesta sabiex jinstab ir-raġel li wettaq l-aggressjoni.

Skont ir-raġel tal-vittma, l-aggressur kien staqsieha x’kienet qiegħda tagħmel hemm u li meta wiġbitu li kienet taħdem hemm hu kien beżqilha u qalilha li kien infettat. Fit-2 t’April hija kellha tiddaħħal fl-Isptar ta’ Barnet fejn minkejja li tpoġġiet fuq il-ventilatur, hija mietet biss tlett ijiem wara.

B’qalbu maqsuma żewġha qal li kien għamel kuntatt telefoniku magħha, iżda wara dik it-telefonata kellu jirċievi dik li tinfurmah bil-mewt ta’ martu u omm uliedhom.

Ekonomija

Sport