Miguel Amato u Dejan Grech huma l-finalisti tat-tieni turnew ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew 2025 li din is-sena se jsiru fl-Irlanda.
Kemm Amato kif ukoll Grech kienu konsistenti fil-logħob tagħhom tant li kisbu kwalifikazzjoni meritata.
Grech għeleb lil Kerstin Vella 6-1 fl-ewwel round sabiex baqa’ għaddej jirbaħ logħba wara l-oħra wara skors ta’ 7-5 kontra Miguel Mizzi u 8-2 kontra Wayne Pace. Is-semifinali kienet formalita’ wara rebħa ta’ 9-0 kontra Jason Micallef.
Min-naħa tiegħu, Amato beda mit-tieni round fejn wara rebħa xejn faċli ta’ 6-5 kontra Joseph Fiteni, waslet oħra ta’ 7-4 kontra Alessio Magro sabiex fil-kwarti tal-finali għeleb il-qawwa ta’ Clint Azzopardi 8-7. Eventwalment fis-semifinali hu ltaqa’ ma’ Johan Attard u rebaħlu 9-8.
Il-finali se ssir nhar it-Tnejn li ġej, tintlagħab fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara u tibda fis-7.30pm.