Wednesday, January 21, 2026

Miguel Baggio jħalli lil Sliema Wanderers … se jibda avventura ġdida barra minn Malta

Aqra wkoll

Sliema Wanderers FC jistgħu jikkonfermaw it-trasferiment ta’ Miguel Baggio wara offerta estremament tajba li kienet fl-aħjar interess kemm tal-plejer kif ukoll tal-klabb.

Fi stqarrijal Sliema Wanderers qalu li Miguel kien professjonist veru matul iż-żmien tiegħu mal-Blues, fejn ta kollox fil-grawnd u anke barra minnu u wera b’mod konsistenti kwalità, impenn, u karattru.

Huma komplew li Filwaqt li qatt mhu faċli li jċedu plejer daqshekk importanti, din kienet opportunità li Miguel kien jistħoqqlu bis-sħiħ għall-pass li jmiss fil-karriera tiegħu, u l-klabb ħass li kien sewwa li jippermettilu jkompli javvanza fil-karriera tiegħu.

Sliema rringrazzjaw sinċerament lil Miguel għall-kontribuzzjonijiet importanti tiegħu u nawgurawlu l-isbaħ xortih fl-avventura l-ġdida tiegħu.

Huma għaqlu billi qalu li l-klabb diġà qed jaħdem b’mod attiv fuq sostituti adattati, b’aktar akkwisti ġodda mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport