Matul il-ġurnata tal-Ħadd ittellgħet b’suċċess l-open day tal-Forzi Armati ta’ Malta li saret fil-Bażi Marittima ta’ Haywharf fil-Furjana. F’dik li kienet ġurnata mimlija attività għall-familja kollha, dawk preżenti setgħu jaraw aktar mill-qrib il-ħidma tad-diversi Taqsimiet fi ħdan il-FAM.
Dawk kollha li kienu preżenti setgħu jitilgħu abbord il-bastimenti tal-FAM, isegwu dimostrazzjonijiet mit-Taqsima tal-Explosive Ordnance Disposal (EOD) filwaqt li kien hemm ukoll target shooting, hands-on workshops u anke attivitajiet għat-tfal kollha fost oħrajn.