Friday, November 22, 2024

Mijiet jattendu għall-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Katidral f’Għawdex

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd li għadda, fejn il-Knisja ċċelebbrat Ħadd il-Palm f’Għawdex ħarġet il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Katidral.

Din il-purċissjoni li sa mil-bidu kellha forma ta’ pageant b’bosta personaġġi tal-bibbja kattolika. Hu mifhum li l-uċuħ, l-idejn u s-saqajn tal-vari ta’ l-Orazzjini fl-Ort u ta’ l-Imgħobbi jitpoġġew fuq korp u jintlibsu bi ħwejjeġ rikki, tal-kolonna u tal-Polpra huma statwi sħaħ, jingħad ukoll li fil-bidu tas-seklu tmintax Sqalli maħrub min pajjizu, sab kenn fiċ-Ċittadella wara li talab għal-għajnuna lil-Fratellanza tal Kurċifiss u bi tpattija kien ħadem bħala statwarju fil-kartapesta dawn l-istatwi.

Matul iż-żmien sar restawr ta’ l-istatwi kif ukoll żdietu oħrajn ġodda magħhom. Illum hemm sebgħa statwi lebsin ħwejjeġ tal-bellus, jinġarru fil-purċissjoni, akkumpanjati minn żgħażagħ u tfal lebsin kostumi tal-epoka. Din il-puċissjoni ddur mat-toroq ewlenin tal-belt Victoria akkumpanjati b’marċi funebri mil-Banda Leone.

Matul din is-sena sar restawr fuq l-istatwa ta’ Kristu Mejjet, xogħol Wistin Camilleri 1969. Ix-xogħol ta restawr sar min Michael u ibnu Adonai Camilleri Cauchi, li flimkien ma Paolo Camilleri Cauchi ħadu ħsieb id-direzzjoni tal-għażla tad-drapp u l-ħjata tal-ħwejjeġ tal-bellus tal-għola kwalità li saru kollha mill-ġdid u kienu meħjutin minn Marlene Portelli, Maria Cardona u Angela Grech flimkien ma’ bosta helpers oħra. Il-velu tal-għażel għal Nikodemu sar minn Alda Bugeja Gozo weaving Creations, fuq disinn ta Michael Camilleri Cauchi. Għal din il-purċissjoni izzanznu ukoll għal- ewwel darba sett ta’ Kurazzi Rumeni u Labarda għal Passio.

Sport