Mijiet ta’ persuni, ħafna minnhom lebsin kostumi ta’ żmien il-Milied, niżlu jgħumu f’attività ta’ karità mal-kosta ta’ Suffolk fl-Ingilterra.
Dawk li niżlu jgħumu ġabru flus għal diversi għaqdiet tal-karità wara snin ta’ nuqqas minħabba restrizzjonijiet minħabba l-pandemija u temp estrem.
Dawk li organizzaw din l-attività rringrazzjaw lill-mijiet li ħadu sehem u lill-folol kbar li nġabru biex josservaw u jagħtu donazzjoni.