Sunday, December 22, 2024

Mijiet jittestjaw pożittiv għall-Coronavirus f’biċċerija fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Waħda mill-akbar biċċeriji fil-Ġermanja, it-Toennies, qalet li qiegħda twaqqaf il-qtil tal-annimali wara li mijiet ta’ ħaddiema ttestjaw pożittiv għall-Coronavirus. 

Minħabba f’hekk, xi skejjel reġgħu ngħalqu u ġiet imsejħa investigazzjoni. B’kollox jidher li hemm mas-7,000 persuna mid-distrett ta’ Gutersloh, fejn tinsab il-biċċerija, li tpoġġew taħt kwarantina minħabba li setgħu ġew esposti għall-virus. Fosthom kien hemm skejjel u kingergartens li ngħalqu bħala prekawzjoni. 

Il-Ministru tax-Xogħol, Hubertus Heil qal li ddeċieda li jipprojbixxi s-subcontracting ta’ xogħlijiet ta’ ppakkjar tal-laħam wara li kien hemm sensiela ta’ tixrid tal-virus fost ħaddiema fil-biċċeriji. 

Il-kumpanija Toennies qalet fi stqarrija li l-impjant jerġa’ jinfetaħ meta jiddeċiedu l-awtoritajiet. Kelliem qal li bħala kumpanija huma jistgħu biss jitolbu apoloġija u saħqu li ħadmu b’mod intensiv biex jipprovaw jevitaw il-virus mill-kumpanija. 

Ekonomija

Sport