Dalgħodu mijiet kbar ta’ persuni nġabru l-Belt Valletta biex jiċċelebbraw fil-Karnival li qed jiġi organizzat b’mod sħiħ għall-ewwel darba wara l-pandemija.
Din is-sena r-Re tal-Karnival għandu t-tema Ħdimna u Stinkajna, Biex ir-Re Salvajna
Din is-sena, ir-Re Karnival iltaqa’ ma’ diversi problemi u diffikultajiet fi triqtu lejn il-Karnival. Il-membri kollha tal-Protezzjoni Ċivili ngħaqdu biex jagħtu daqqa t’id ħalli jsalvaw lir-re. Wara sforz konġunt min-naħa tagħhom, ir-re ġie salvat!
Ir-Re tal-Karnival iġib il-ferħ lil kulħadd waqt li juri l-apprezzament tiegħu lejn in-nies li jaħdmu bis-sħiħ biex joffru s-servizzi tagħhom u jsalvaw ħajjet tan-nies.
Diversi kumpaniji taż-żfin taw il-wirjiet tagħhom fil-kapitali fejn ħafna minnhom qegħdin ikkompetu flimkien.