Nar li tqabbad f’ħabs iddawwar f’massakru li fih mijiet ta’ nisa ġew stuprati u maħruqa ħajjin. Il-kaos li seħħ wara li l-ġimgħa li għaddiet grupp ribelli appoġġjat mir-Rwanda daħal fil-belt Kongoliża ta’ Goma. Il-priġunieri nisa ġew attakkati fiż-żona tagħhom ġewwa l-ħabs ta’ Munzenze ta’ Goma waqt il-ħarba tal-priġunieri mill-ħabs.
Il-viċi kap tal-forza taż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti bbażata f’Goma, Vivian van de Perre, qalet li filwaqt li diversi eluf ta’ raġel irnexxielhom jaħarbu mill-ħabs, iż-żona riservata għan-nisa ngħatat in-nar.
Filmati meħuda ftit wara li r-ribelli tal-M23 appoġġjati mir-Rwanda waslu fiċ-ċentru ta’ Goma, juru duħħan iswed tiela mill-ħabs fl-għodwa tas-27 ta’ Jannar.
Għalkemm id-dettalji tal-inċident huma skarsi, l-atroċità tidher li hija l-agħar tal-kunflitt riċenti mmexxi mill-M23 fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC).
Il-kontinġent għaż-żamma tal-paċi tan-NU, madankollu, ma setgħux iżuru l-ħabs biex jinvestigaw minħabba r-restrizzjonijiet imposti mir-ribelli tal-M23, li jfisser li l-identità tal-awturi tal-kaos għadha mhux ċara.
Nhar it-Tlieta, ħareġ li madwar 2,000 katavru kienu għadhom qed jistennew id-difna f’Goma wara li ġellieda M23 ħatfu l-belt, il-kapitali tal-provinċja ta’ Kivu fit-Tramuntana tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo fis-27 ta’ Jannar.
Van de Perre, li issa hija bbażat f’Goma b’eluf ta’ truppi tan-NU għaż-żamma tal-paċi biex jipproteġu liċ-ċittadini, qalet li l-ftit mijiet ta’ nisa priġunieri lkoll ġew stuprati u mbagħad ingħataw in-nar fiż-żona tan-nisa. Huma mietu kollha wara.
Din il-ġimgħa l-uffiċċju tan-NU tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) wissa li l-vjolenza sesswali kienet qed tintuża bħala arma tal-gwerra minn gruppi armati rivali f’Goma.
Il-belt ta’ Goma, b’aktar minn miljun ruħ jgħixu fiha, hija taħt il-kontroll totali tal-forzi ribelli M23. Iżda fi żvilupp mhux previst tard nhar it-Tnejn, il-milizzja ħabbret waqfien mill-ġlied unilaterali.
Sa dakinhar, il-biża’ kien qed jiżdied li r-Rwanda kienet determinata li tieħu aktar territorju mill-pajjiż ġar vast tagħha, bil-forzi tal-M23 dejjem sejrin lejn Bukavu, il-kapitali tal-provinċja ta’ Kivu t’Isfel 120 mil bogħod minn Goma.
Dikjarazzjoni minn koalizzjoni politika-militari msejħa Alleanza tax-Xmara Kongo – li tagħha M23 huwa membru – ħabbret li ma kellha l-ebda intenzjoni li tieħu kontroll ta’ Bukavu jew lokalitajiet oħra.
Madankollu, l-M23 seta’ dawwru l-ħsieb mill-ġdid wara li f’Bukavu waslu rinfurzi mill-Burundi u ajruport fil-viċin intuża mill-forza tal-ajru Kongoliża. Il-Burundi bagħat 2,000 suldat oħra lejn Bukavu, li huma ġellieda rinomati.
Minkejja evidenza kuntrarja, ir-Rwanda tiċħad li qed tappoġġja l-M23 jew li l-forzi tagħha qasmu lejn il-Lvant tal-Kongo.
Madankollu, l-forza taż-żamma tal-paċi tan-NU magħrufa bħala Monusco, qalet li kienu ntlemħu suldati Rwandani waqt rondi, imġieba tant sfaċċata li tissuġġerixxi li mhumiex imħassba dwar riperkussjonijiet internazzjonali.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kunsill tas-sigurtà tan-NU ġie mħeġġeġ biex iżid il-pressjoni fuq ir-Rwanda biex terġa lura għall-mejda tan-negozjati. Dan huwa possibbli biss jekk il-membri tal-kunsill tas-sigurtà u pajjiżi importanti oħra jeżerċitaw biżżejjed pressjoni fuq ir-Rwanda u l-Kongo. Preċedentement, uffiċjal għoli ieħor tan-NU kien spekula li Rwanda, il-pajjiż ġar tar-RDK ried jieħu u jgħaqqad miegħu parti mir-RDK akbar mir-Rwanda nnifisha.