Wednesday, December 25, 2024

Mijiet ta’ orfni Ukreni vvjaġġaw mijiet ta’ kilometri biex jaħarbu mill-periklu

Aqra wkoll

Mijiet ta’ orfni Ukreni telqu lejn il-Polonja wara li ħarbu mill-ġlied fin-nofsinhar tal-pajjiż, filwaqt li oħrajn waslu fl-Iżrael u l-Polonja u pazjenti adoloxxenti morda bil-kanċer waslu l-Italja.

Aktar minn 200 tifel u tifla, minn adoloxxenti sa tfal żgħar, waslu fil-belt tal-punent ta’ Lviv is-Sibt wara vjaġġ ta’ 24 siegħa bil-ferrovija flimkien mal-carers li jieħdu ħsiebhom, wara li ħallew orfanatrofju li kien jinsab f’waħda miż-żoni ta’ kunflitt tal-Ukrajna.

Il-215-il tifel u tifla kienu vvjaġġaw 588 mil (947km) mill-orfanatrofju tagħhom f’Zaporizhzhia fix-Xlokk tal-Ukrajna, lejn is-sigurtà relattiva ta’ Lviv, minn fejn bdew il-vjaġġ tagħhom lejn il-Polonja.

Huma telqu minn Zaporizhzhia dakinhar li t-truppi Russi attakkaw impjant tal-enerġija nukleari fil-qrib, attakk li xi wħud jemmnu li seta’ kkawża katastrofi nukleari.

Olha Kycher, id-direttur tal-Orfanatrofju f’Zaporizhzhia, qalet li tinsab iddispjaċuta b’din is-sitwazzjoni b’mod speċjali għal dawn it-tfal daqstant żgħar.

“Putin qed jgħid li qed jagħmel xi ħaġa hawn, imma sempliċement qed joqtol in-nies. Ma rridux nitilqu mill-Ukrajna, inħobbuha. Huwa tant diffiċli. Imma sfortunatament irridu nitilqu.”

Wara li stennew fl-istazzjon ta’ Lviv, it-tfal telgħu fuq il-karozzi tal-linja biex ikunu jistgħu jibdew il-vjaġġ lejn id-dar il-ġdida tagħhom fil-Polonja.

Aktar minn 1.3 miljun Ukreni ħallew il-pajjiż minn meta bdiet l-invażjoni Russa fl-24 ta’ Frar, qalet in-Nazzjonijiet Uniti nhar is-Sibt.

Ekonomija

Sport