Friday, November 15, 2024

Mijiet ta’ persuni jattendu għal Malta International Airshow

Aqra wkoll

Mijiet ta’ persuni dalgħodu marru jaraw l-ajruplani li hemm għal wiri fil-Malta International Airshow fejn fost l-oħrajn wieħed seta’ mill-ġdid jammira r-Red Arrows.

Fost il-qofol tal-ispettaklu se jkun hemm ir-Red Arrows li huma tal-Forzi Ingliżi fejn dawn mistennija li joffru wirja spettakolari aktar tard illum u anke għada.

Dalgħodu wkoll il-pubbliku seta’ jitla’ abbord ajruplan tal-Forzi Amerikani li nġieb f’Malta apposta għal din l-attivtà.

Ir-Red Arrows huma meqjusin bħala Ambaxxaturi tar-Renju Unit fejn tidħol l-avjazzjoni fejn minbarra li joffru spettaklu f’pajjiżhom u anke f’okkażjonijet statali, jduru madwar id-dinja biex juru l-aqwa tar-Renju Unit.

Ekonomija

Sport