Friday, December 13, 2024

Mika lura mal-familja tagħha wara xi jiem mitlufa

Aqra wkoll

Mika, il-kelba tar-razza Chow Chow reġgħet lura mas-sidien tagħha. Din l-aħbar kienet waħda li ntlaqet tajjeb ħafna fl-għodwa tal-festa nazzjonali ta’ San Pawl Nawfragu.

Sid il-kelba xerred l-aħbar kmieni filgħodu għall-ħabta tal-5:00 u kkonferma li Mika kienet instabet fi Triq Għajn Rihana viċin il-kappella ta’ Burmarrad. Ovjament huma rringrazzjaw lil kull min seta’ ta l-għajnuna biex il-kelba ta’ madwar erba’ snin setgħet tinstab.

Il-Kelba kien ilha mitlufa mill-Ħadd u b’hekk is-sidien f’appelli kontinwi talbu lil kull min seta’ kellu xi tip ta’ informazzjoni biex jgħaddihielhom anke minħabba li din qatt qabel ma kienet raqdet barra.

F’dan l-episodju spikka l-appell tas-sid li talab lill-pubbliku biex f’dawn il-każi ma jkomplix jiggrava s-sitwazzjoni ta’ dak li jkun hekk kif saħansitra kien hemm persuni li għaddew informazzjoni mingħajr bażi, xi ħaġa li kompliet gerfxithom fil-ġlieda kontra l-ħin biex isibu lil Mika.

Ekonomija

Sport