Il-gowlkiper tat-tim nazzjonali Franċiż u ta’ AC Milan Mike Maignan weġġa’ rkopptu l-leminija waqt sessjoni ta’ taħriġ li kellu mal-klabb.
Din hi daqqa ta’ ħarta kemm għall-kowċ Stefano Pioli kif ukoll għal dak Franċiż Didier Deschamps minħabba li l-gowlkiper ta’ 27 sena jista’ jirriskja li mhux biss jitlef xahar ta’ logħob mar-Rossoneri iżda wkoll il-fażi finali tat-tazza tad-dinja tal-Qatar.
B’hekk Pioli se jkun qed jafda lil Ciprian Tatarusanu bejn il-lasti, b’Deschamps li qed jistenna ħerqan l-eżamijiet mediċi tal-istess Maignan.