Il-goalkeeper Franċiż Mike Maignan irrifjuta offerta minn Galatasaray, hekk kif tkompli l-ispekulazzjoni dwar il-futur tiegħu wara li sfaxxat proposta ta’ trasferiment lejn Chelsea.
Il-goalkeeper li bħalissa jinsab ma’ AC Milan, jidher li qed jistenna opportunità aktar adattata għall-ambizzjonijiet tiegħu. Minkejja l-interess minn diversi klabbs Ewropej, għad m’hemmx deċiżjoni finali dwar fejn se jkun qed jilgħab l-istaġun li ġej.