It-titli tal-gazzetti Ingliżi lbieraħ kienu jgħidu xi ħaġa hekk – Londra qed tgħajjat Mike Maignan qed jirrispondi. Fil-fatt, il-goalkeeper Franċiż jinsab pass ’il bogħod milli jingħaqad ma’ Chelsea, minkejja l-isforzi ta’ Milan u x-xewqa tal-kowċ Massimilano Allegri li jibqa’ magħhom.
F’dawn is-sigħat qed ikun hemm laqgħa bejn id-diriġenti taż-żewġ klabbs sabiex jaraw x’se tkun it-triq ‘il quddiem. L-offerta ta’ 15 miljun ewro ġiet irrifiutata, iżda t-trattattiva tkompli. Il-Milan iridu jbigħu biex ma jitilfux lill-plejer milli jmur b’xejn fl-2026. Chelsea jrid jakkwista lil Maignan sa 10 ta’ Ġunju, b’operazzjoni ta’ madwar 25 miljun ewro.
Sadanittant qed jissemma’ l-keeper Vanja Milinkovic Savic bejn il-lasti ta’ Milan.