Il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, qed jittama li jirritorna fit-tmexxija tal-Gunners għall-ewwel leg tas-semi-finali tal-EFL Cup tal-Ħamis ma’ Liverpool.
L-Ispanjol irriżulta pożittiv għal COVID-19 għat-tieni darba qabel il-konfront tal-Ewwel tas-Sena ma’ Manchester City, kważi sentejn wara li kkuntratta l-virus f’Marzu 2020.
Albert Stuivenberg issorvelja l-proċeduri kontra ċ-champions, b’Arteta jżomm kuntatt mal-coaching staff tiegħu permezz ta’ live feed f’dik it-telfa ta’ 2-1.
Issa, Arteta se joħroġ mill-iżolament aktar tard it-Tlieta u jistenna li tmexxi t-taħriġ ta’ Arsenal nhar l-Erbgħa.
Minħabba f’hekk, l-ex midfielder tal-Gunners jingħad li hu ottimist dwar iċ-ċansijiet tiegħu li jirritorna fit-tmexxija ta’ Arsenal għall-partita kontra Liverpool nhar il-Ħamis fl-Emirates.
Madankollu, il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp jista’ ma jkunx barra mill-kwarantina fil-ħin, li għal darb’oħra jista’ jara lil Pep Lijnders jieħu f’idejh it-team tar-Reds.