Wednesday, October 2, 2024

Mikel Arteta kuntent b’Riccardo Calafiori

Aqra wkoll

Wara r-rebħa ta’ 4-2 li Arsenal kisbu kontra Leicester City, il-kowċ Mikel Arteta kien ferm kuntent bil-wirja tal-plejers tiegħu partikolarment id-difensur internazzjonali Taljan Riccardo Calafiori li kemm ilu li ngħaqad mal-Gunners qed ikollu wirjiet tajbin.

Arteta faħħar l-attitudni professjonali tal-eks plejer ta’ Bologna fejn sostna li hu element importanti fid-difiża. Hu qal li mal-ewwel kien ċerti li l-plejer jintegra f’Londra iżda qatt ma ħaseb li dan kollu se jseħħ malajr.

Calafiori għandu 22 sena u lagħab erba’ partiti mal-Gunners filwaqt li skorja gowl wieħed biss.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport