Friday, November 29, 2024

Mikel Arteta pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, ittestja pożittiv għal Covid-19 għat-tieni darba u se jitlef il-konfront tal-Premier League kontra l-leaders Manchester City ta’ nhar is-Sibt li ġej, 1 ta’ Jannar. 

L-ewwel test pożittiv tal-Ispanjol ta’ 39 sena kien f’Marzu 2020 li wassal fiż-żmien meta l-football Ingliż ġie kollu pospost minħabba l-qilla tal-pandemija 

Arteta huwa l-aħħar manager tal-Premier League li rriżulta pożittiv fl-aħħar ġimgħat wara Steven Gerrard ta’ Aston Villa u Patrick Vieira ta’ Crystal Palace.

Stqarrija tal-club kienet tgħid: “Mikel Arteta se jitlef il-logħba tagħna kontra Manchester City tal-Ewwel tas-Sena wara li rriżulta pożittiv għal Covid-19.

“Mikel qed jiżola skont il-linji gwida tal-Gvern u nawgurawlu.”

Arteta — li t-tim tiegħu rkupra minn bidu diżappuntanti biex tela’ fir-raba’ post wara li rebaħ l-aħħar ħames logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha – xorta waħda mistenni li jmexxi l-konferenza stampa tiegħu ta’ nhar il-Ħamis.

“Dan huwa verament diżappunt kbir u nispera li nirritorna għax-xogħol fi żmien qasir,” temm jgħid Arteta.

Sport