Monday, December 23, 2024

Mikroċipp taħt il-ġilda bħala passaport tal-vaċċin tal-Covid-19

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-kumpanija Svediża tassigura li kull min jagħżel li jagħmel dan l-impjant wara jista’ jneħħih…

Rapport mis-“South China” ħabbar li kumpanija Svediża immanifatturat impjant elettroniku ġdid li jista’ jintuża biex in-nies juru li ħadu t-tilqima ta’ kontra l-Covid-19. Magħmul żgħir ħafna, l-impjant li qiegħed jiġi kkonsidrat biex jintuża bħala passaport tal-vaċċin, huwa mikroċipp tad-daqs ta’ rossa li jitpoġġa taħt il-ġilda.

Il-kumpanija “Epicenter”, li tinsab fi Stokkolma, qalet li kull min jagħżel li jkollu l-impjant tal-mikroċipp jista’ wara, jagħżel li jneħħih. Hannes Sjoblad, uffiċjal għad-distribuzzjoni ta’ Epicenter f’vidjow imxandar fuq Twitter qal li, “bħalissa huwa komdu ħafna li l-passaport tal-Covid ikun aċċessibbli fuq dan l-impjant”.

Iċ-ċipp juża teknoloġija fejn jirċievi informazzjoni minn apparat fil-viċin fosthom smartphones. Skont “Fox Business” din hija l-istess teknoloġija li tintuża fil-contacless cards u ħlas tal-mowbajl. Min-naħa l-oħra, l-“Hour Detroit Magazine” spjega li dan il-mikroċipp m’huwiex wisq differenti miċ-ċippi ta’ identifikazzjoni li nużaw fil-klieb u l-qtates.

Din it-teknoloġija ġdida hija waħda kontroversjali minħabba li hemm persuni li jsostnu li ‘m’hiex normali’, ‘tal-biżgħa’ u saħansitra b’uħud jemmnu li din hija assoċjata mal-Apokalissi. 

In-“New York Daily News” irrefera għal stħarriġ meħud f’Mejju tal-2020 li fih irriżulta li 44% tal-politiċi Repubblikani jaħsbu li Bill Gates qiegħed jinsisti għal tilqim kontra l-Coronavirus biex ipoġġi mikroċipp fihom u jsegwi dak kollu li jkunu qegħdin jagħmlu.

Għall-Isvediżi din mhux se tkun l-ewwel darba…

Tajjeb li wieħed jgħid il-fatt li l-poplu Svediż għal dawn l-aħħar tliet snin kien introdott għall-użu ta’ mikroċippi ta’ taħt il-ġilda. Fil-fatt Euronews irrapporta li eluf ta’ Svediżi f’dawn is-snin għamlu impjant ta’ mikroċipp taħt il-ġilda “biex ikollhom ħajja aktar faċli u dan minħabba li bil-mikroċipp m’għandhomx għalfejn iġorru fuqhom dokumenti importanti fosthom il-Karta tal-Identità”.

L-“AFP” qalet li diġà hemm madwar 3,000 Svediżi li daħlu ċippa f’ġisimhom. Dan l-ittaggjar elettroniku, li huwa d-daqs ta’ rossa wkoll, qiegħed jitpoġġa fuq wara tal-idejn permezz ta’ labra apposta. 

Din it-teknoloġija, deskritta bħala ‘komda’, qiegħda tagħti aċċess awtomatiku lill-ħaddiema fl-uffiċini, fil-gyms, xiri ta’ ikel mill-makni u anke biex jirkbu t-trenn. Fi żmien sena huwa rrapportat li madwar 130 passiġġieri applikaw biex jirreservaw mikroċipp mal-istazzjon ferrovjarja nazzjonali tal-Isvezja “SJ”.

Ekonomija

Sport