Ftit sigħat wara l-waqfien mill-ġlied bejn il-forzi Iżraeliti u dawk Iranjani mħabbar u ġie b’effett mill-President Amerikan Donald Trump, huwa rrapportat li l-Iran kiser dan il-ftehim billi ftit sigħat wara spara missili u qatel erba’ persuni f’Beersheba.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan Araghchi qiegħeed isostni li s’issa, m’hemm ebda ftehim ta’ waqfien mill-ġlied mal-Iżrael. Dan l-attakk seħħ sagħtejn u nofs wara li beda l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied.
L-Iżrael min-naħa tiegħu qal li s-sistemi tad-difiż tiegħu huma lesti biex jinterċettaw missili mill-Iran. Aktar kmieni l-Prim Ministru Iżraelit Benjamin Netanyahu qal li Tel Aviv qabel li jkkun hemm waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ nazzjonijiet.
Huwa rrapportat li dawn l-aħħar missili mitfugħa mill-Iran laqtu bini residenzjali fin-Nofsinhar tal-Iżrael u kkawżaw erba’ fatalitajiet.