Wara xhur ta’ ħidma u investiment, illum beda jintuża pont ġdid ta’ 14-il metru bħala parti mill-proġett tal-Imsida Creek. Liema pont jgħaqqad Ta’ Xbiex ma’ Tal-Pietà. Ta’ min jgħid li dan il-proġett jjimmarka t-tlestija tal-ewwel fażi ta’ dan il-proġett infrastrutturali importanti.
Huwa mifhum li dan il-proġett għandu l-għan li jtaffi l-konġestjoni tat-traffiku u jindirizza l-problema tal-għargħar li ilha teżisti f’din iż-żona, b’kanal tal-ilma ġdid u triq b’żewġ karreġġjati.
Fil-fażi li jmiss, se tinħoloq ukoll pjazza moderna ta’ madwar 2,200 metru kwadru quddiem il-Knisja parrokkjali tal-Imsida. Dwar dan il-proġett, il-Ministru għat-Trasport, Chris Bonett sostna li dan qed isir għan-nies sabiex iservi bħala spazju għar-residenti u l-komunità.
Il-proġet tal-Imsida Creek se jnaqqas il-konġestjoni u l-għargħar, joħloq aktar spazji pubbliċi u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-qalba tal-lokalità.

