Sunday, November 24, 2024

Mil-lum dawk ‘il fuq minn 18-il sena jistgħu jirreġistraw għall-booster

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat fetħet ir-reġistrazzjoni għal dawk li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena sabiex jitlaqqmu bid-doża addizzjonali.

Wieħed jista’ japplika għal booster fuq is-sit vaċċin.gov.mt u imbagħad wara ftit jiem tirċievi l-appuntament għat-tilqima.

Intant mil-lum daħlu wkoll numru ta’ restrizzjonijiet ġodda fejn fost l-oħrajn:

  • L-avvenimenti jistgħu jsiru biss b’persuni bilqiegħda (It-tiġijiet u l-funerali huma l-uniċi żewġ eċċezzjonijiet)
  • L-istabbilimenti ma jistgħux jibqgħu miftuħin aktar mis-1:00 a.m.
  • Il-ħinijiet tal-viżitaturi għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei se jinżlu għal siegħa, bejn il-ħamsa u s-sitta ta’ filgħaxija biex jitnaqqas ir-riskju tal-infezzjonijiet

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne f’konferenza li kellu fl-aħħar jiem qal li tant l-awtoritajiet huma fiduċjużi fil-booster li mis-17 ta’ Jannar, dawk li jitlaqqmu se jkun inħarġilhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin eleġibbli għal ċertu attivitajiet li dawk mingħajru mhumiex se jkunu eleġibbli għalihom.

Sport