Monday, September 15, 2025

Mil-lum: Is-Servizzi taċ-Ċentru tas-Saħħa f’Raħal Ġdid ser jibdew jingħataw mill-binja ta’ Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa 

Aqra wkoll

Wara li fil-bidu tax-xahar ta’ Lulju ċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid beda jilqa’ l-ewwel pazjenti, issa se titkompla l-ħidma. Dan billi minn għada l-15 ta’ Setembru, is-servizzi kollha li kienu jingħataw miċ-Ċentru tas-Saħħa f’Raħal Ġdid ser jibdew jingħataw mill-binja ta’ Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa. 

Dan iċ-ċentru beda joffri sitt servizzi għall-pazjenti out-patient, fosthom: manometrija, podjatrija,fiżjoterapija, klinika tal-immunoloġija, u klinika mediċina respiratorja. Din il-miżura tfisser li aktar pazjenti issa jistgħu jirċievu kura speċjalizzata f’ċentru reġjonali, qrib darhom, mingħajr il-ħtiega li jmorru l-isptar prinċipali.

Manometrija (Manometry)

Dan is-servizz jinkludi testijiet bħal oesophageal manometry biex jiġi evalwat il-pressjoni fil-passaġġ tal-ikel. Dawn it-testijiet huma kruċjali biex jinstab il-kawża ta’ sintomi bħall-uġigħ ta’ stonku jew refluss aċidu.

Podjatrija (Podiatry)

Servizz speċjalizzat fil-kura tas-saħħa tas-saqajn. Il-podjatri jipprovdu dijanjosi, trattament u segwitu għal diversi kundizzjonijiet, speċjalment għal pazjenti bid-dijabete li jeħtieġu monitoraġġ kontinwu tal-pied. L-għan huwa li tiġi evitata l-komplikazzjoni, titħares il-mobilità u tiġi ppreservata l-kwalità tal-ħajja.

Fiżjoterapija (Physiotherapy)

Il-fiżjoterapija muskoluskeletali tgħin lil dawk li jbatu minn uġigħ jew problemi fil-muskoli, l-għadam u l-ġogi. L-esperti jużaw taħlita ta’ eżerċizzji u tekniki terapewtiċi biex jgħinu fl-irkupru minn korrimenti, inaqqsu l-uġigħ u jtejbu l-moviment tal-ġisem. Il-fizjoterapisti jużaw eżerċizzji u tekniki biex jirrestawraw il-funzjoni tal-ġisem u jipprevjenu problemi futuri. Huwa servizz essenzjali għas-saħħa fiżika.

Klinika tal-Immunoloġija (Immunology Clinic)

Il-klinika tal-immunoloġija tiffoka fuq dijanjosi u kura ta’ mard relatat mas-sistema immunitarja bħal allerġiji, mard awtoimmuni u immunodefiċjenzi. Il-pazjenti jingħataw pjanijiet personalizzati ta’ trattament skont il-bżonnijiet individwali tagħhom.

Klinika Respiratorja

Servizzi essenzjali li jindirizzaw problemi relatati mas-sistema respiratorja; fosthom dijanjosi u ġestjoni ta’ mard respiratorju kroniku bħal ażma, COPD, u mard interstizzjali tal-pulmun. Terapiji bħal trattamenti bl-inhalazzjoni, terapija bl-ossiġnu, u ġestjoni ta’ appoġġ ventilatorju. 

Minn dik il-klinika ġewwa Ċensu Moran qed tingħata wkoll edukazzjoni lill-pazjenti dwar il-ġestjoni tal-mard, waqfien mit-tipjip, u tekniki ta’ nifs. Il-kura tingħata minn tim multidixxiplinari li jinkludi pulmonologi, terapisti respiratorji, u infermiera biex finalment titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjent u jitnaqqsu r-rikoverati fl-isptar.

Klinika tal-Ortopedija

F’din il-klinika jsiru dijanjosi u t-trattament ta’ disturbi muskoloskeletali, bħal ksur, artrite, u korrimenti relatati mal-isport, fuq bażi ambulatorja flimkien ma’ segwitu wara operazzjonijietwara operazzjonijiet.

Sforzi oħra favur aktar effiċjenza fis-servizz tas-saħħa

Inizjattiva oħra li ħa l-Ministeru tas-Saħħa biex inaqqas il-piż fuq is-servizzi tas-saħħa b’mod speċjali, l-isptar Mater Dei kien l-introduzzjoni tal-helpline 1400. Dan in-numru disponibbli 24/7, bil-għan li pazjenti li jiġu bżonn assistenza medika urġenti li mhux ta’ emerġenza, jużaw dan in-numru biex jingħataw gwida fejn l-aħjar jingħataw l-aħjar kura, qrib ta’ darhom u fl-inqas ħin possibbli. 

Kull min għandu bejn 16 u 69 sena, jista’ jagħmel użu mill-helpline 1400 fejn issirlu dijanjosi minn professjonisti u jiġi ggwidat fejn l-aħjar jingħata l-kura meħtieġa. Din l-inizjattiva kienet qed timxi id f’id ma’ inizjattivi oħra fejn professjonisti mill-isptar bdew jirreferu pazjenti għal sptarijiet privati bil-pazjent jinqeda f’inqas ħin. 

Dawn l-inizjattivi kollha qed jimxu id f’id, lejn għan wieħed biex il-pazjent jirċievi l-aqwa servizz, fl-inqas ħin possibli u bl-aħjar mod.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport