Saturday, December 28, 2024

Mil-lum jerġgħu jiftħu l-haridressers u r-ristoranti wara aktar minn xahrejn

Aqra wkoll

Wara aktar minn xahrejn mijiet ta’ hairdressers u ristoranti se jkunu qed jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom biex jilqgħu mill-ġdid lill-klijentela tagħhom.

Il-ftuħ tagħhom tħabbret aktar kmieni din il-ġimgħa, bil-Prim Ministru Robert Abela jisħaq li din id-deċiżjoni ttieħdet fil-kuntest tan-numru żgħir ta’ każijiet rapportati matul dawn l-aħħar ġimgħat. Madankollu esperti mediċi, fosthom l-MAPHM, urew it-tħassib tagħhom dwar ir-riperkussjonijiet li tali tneħħija ta’ miżuri jaf ikollha fuq l-imxij tal-virus f’pajjiżna.

Fid-dawl taż-żieda fil-każi reġistrata matul dawn l-aħħar jiem l-MAPHM qalet li dan jaf ikun indikazzjoni tat-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet f’Malta. Dan filwaqt li saħqet li n-numru ta’ każijiet f’pajjiżna ta’ persuni infettati bil-coronavirus ras għal ras issa saħansitra qabeż lil dawk f’pajjiżi barranin bħall-Italja u Spanja li kienu fost l-aktar fl-Ewropa li raw każi kaġun tal-pandemija.

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Mediċina tas-Saħħa Pubblika qalet li r-reproduction rate tal-virus “b’mod konsistenti kienet ’il fuq minn 1 matul din l-aħħar ġimgħa”.

Id-deċiżjoni biex ristoranti u hairdressers, fost stabbilimenti u negozji oħrajn, jingħalqu ienet ittieħdet nhar it-18 ta’ Marżu li għadda.

Intant ilbieraħ kienu reġistrati 15-il każ ġdid, bi tliet perrsuni biss infettati bil-Covid-19 jirkupraw. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa jlaħħaq il-125 każ.

Ekonomija

Sport