Monday, December 23, 2024

Mil-lum l-istudenti jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola

Aqra wkoll

Wara li l-ġimgħa l-oħra l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi fetħu l-bibien tagħhom għat-tieni term skolastiku b’mod online, mil-lum eluf ta’ studenti rritornaw mill-ġdid fiżikament fuq il-bankijiet tal-iskola. Kif kien imħabbar, mil-lum fetħu wkoll iċ-childcare centres.

Dan sar wara laqgħa li seħħet ftit tal-jiem ilu bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport u l-Grupp ta’ ħidma.

Dan il-grupp, li twaqqaf hekk kif feġġet il-pandemija, huwa magħmul minn rappreżentanti mit-tliet setturi edukattivi: l-istat, il-knisja u l-iskejjel indipendenti, flimkien mal-Malta Union of Teachers (MUT) u l-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-Grupp ta’ Ħidma wasal ukoll għal ftehim li s-sitwazzjoni fl-iskejjel u fil-klassijiet se tibqa’ tiġi evalwata minn jum għal ieħor skond il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ftit ġranet qabel ma l-istudenti rritornaw lura fil-bankijiet tal-iskola, il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima tkellem dwar l-importanza ta’ edukazzjoni kif suppost li tinvolvi attendenza fiżika u sostna li l-protokolli li hemm fis-seħħ huma tajbin biżżejjed biex jassiguraw li t-tfal jirċievu din l-edukazzjoni.

Ekonomija

Sport