Friday, December 13, 2024

Mil-lum se jiġu rilaxxati miżuri għal dawk imlaqqmin bil-booster

Aqra wkoll

Eżenzjonijiet u eċċezzjonijiet f’każijiet partikolari

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħabbar tnaqqis fir-restrizzjonijiet għal dawk il-persuni mlaqqmin bil-booster. L-ewwel ma ħabbar hija dik li minn għada persuni mlaqqma bil-booster li ma jkunux aktar minn tnejn fil-pubbliku, mhumiex obbligati li jilbsu l-maskra. Barra minnhekk, l-attivitajiet sportivi jistgħu jibdew jilqgħu persuni li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Ristoranti, Snack bars, bars u każini; mil-lum tneħħietilhom r-regola tad-distanza bejn l-imwejjed u se jkun possibbli ladarba li l-istaff u l-klijenti se jkunu kollha mlaqqmin bil-booster. Barra r-rilaxx tal-miżuri għall-persuni mlaqqma, il-Ministru Fearne ħabbar eċċezzjonijiet għal perjodu estiż għal ftit ġranet għall-persuni li huma residenti Malta u li se jkunu ġejjin Malta. Dawn se jkunu jistgħu jidħlu f’pajjiżna mingħajr il-booster sa qabel l-ewwel ta’ Frar. Barra dawn, persuni li ilhom għal perjodu ta’ żmien barra mill-pajjiż u ma kellhomx l-opportunità li jieħdu l-booster, jekk dawn juru x-xewqa li jieħdu t-tilqima meta jidħlu f’pajjiżna, se jitħallew jagħmlu dan anke wara l-1 ta’ Frar. 

Eżenzjoni oħra ngħatat lill-persuni li ma jkunux f’kuntatt mal-klijenti f’ristoranti jew uffiċini. Dawn mhux se jkunu obbligati li jkollhom ċertifikat tal-vaċċin, mentri l-ħaddiema li għandhom kuntatt dirett mal-klijenti se jingħataw estenzjoni sal-1 ta’ Frar biex jitlaqqmu.

Fil-każ ta’ żgħażagħ bejn it-12 u t-18-il sena mlaqqmin, dawn mhux se jkollhom bżonn il-booster; nisa tqal fl-ewwel tremestru fl-ewwel xhur ta’ tqala ċ-ċertifikat tat-tilqim biex jidħlu fi stabbilimenti meqjusa bħala mhux essenzjali mhux se jkunu mitluba ċertifikat tal-booster; persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus dan l-aħħar se jkollhom eċċezzjoni ta’ sitt ġimgħat mid-data li fiha rriżultaw pożittivi; u l-persuni li kellhom reazzjoni qawwija ħafna għall-ewwel jew it-tieni doża, ukoll se jkunu eżentati basta jippreżentaw iċ-ċertifikat mediku.

Ekonomija

Sport