Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Mil-lum, ser jibda l-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Mimosa, fil-Ħamrun.
Biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir, parti mit-triq, mill-kantuniera ma’ Triq Joe Sciberras sal-kantuniera ma’ Triq l-Isptar ser tkun magħluqa fiż-żewġ direzzjonijiet sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa biex isegwu t-tabelli lejn rotot alternattivi minn toroq viċin.