Friday, November 15, 2024

Mil-lum tibda tintuża l-flyover il-ġdida ta’ ħdejn l-ajruport

Aqra wkoll

Mil-lum se jibdew jinfetħu diversi rotot ġodda fil-proġett li qed isir biswit l-ajruport, fejn fost l-oħrajn se tibda tintuża l-flyover hekk kif toħroġ mill-mini ta’ Ħal Kirkop fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa u Ħal Qormi. Kif huwa ppjanat, il-proġett kollu mistenni jitlesta sa April li ġej.

Kull min joħroġ mill-ajruport jew ġej min-naħa ta’ Ħal Far, mhux se jkollu jdur aktar id-dawra u jgħaddi mill-mini ta’ Ħal Kirkop. Minflok, se jkun jista’ jgħaddi dirett mill-underpass il-ġdida u jibqa’ sejjer dritt lejn Ħal Luqa.

Bidla oħra tikkonċerna lil min irid jidħol l-ajruport. Dawn mhux se jibqgħu jduru minn nofs Vjal l-Avjazzjoni u jidħlu mill-underpass iżda se jerġgħu jibdew jużaw Triq il-Karwija.

Ekonomija

Sport