Saturday, December 14, 2024

Mil-lum tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-BOV Kampjonat Premier fejn Hibernians jiġu nkurunati champions

Aqra wkoll

Matul dawn it-tlett ijiem tintlagħab is-27 u l-aħħar ġurnata tal-BOV Kampjonat Premier fejn tilħaq il-qofol tagħha proprju nhar is-Sibt li ġej, meta Hibernians ji­ġu nkurunati champions għat-13-il darba fl-istorja tal-club.

Peró l-aqwa partita hija dik bejn Birkirkara u Hamrun Spartans li qed jissieltu għat-tielet post filwaqt li Balzan u Sta Lucia, li għandhom punti ndaqs fiż-żona tar-relegazzjoni, xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom meta ji­lagħbu kontra Sliema Wanderers u Valletta rispet­tivament, biex imbagħad jiltaqgħu f’par­ti­ta deċiżiva għas-salvazzjoni. 

Gzira U. v Hibernians– Hibernians jaffrontaw lil Gzira United fejn se ji­ġu nkurunati champions u għaldaqstant se jkunu f’burdata festiva biex jiċċe­lebraw it-trijof tat-titlu. 

Għaldaqstant din se tkun logħba diffiċli għall-Maroons li qed jimmiraw għat-tielet post. Fil-verità, iċ-ċansijiet tagħhom huma limitati ħafna għax filwaqt li jridu jegħlbu lill-Pawlisti, huma jittamaw li l-konfront bejn Birkirkara u Hamrun Spartans jintemm fi draw biex ikunu jistgħu jilagħbu partita deċiżiva kontra l-Ispartans biex jaqtgħu l-passaġġ għall-UEFA Confe­rence League. 

Hibernians se jkunu mingħajr is-sospiżi Ferdinand Apap u Brian Aldama Thaylor iżda Bjorn Kristensen jista’ jirritorna wara injury fit-tul. Gzira m’għandhomx problemi ta’ players neqsin.

Fiż-żewġ logħbiet diretti, il-Pawlisti ħarġu rebbieħa b’rebħiet identiċi ta’ 3-1.

Birkirkara v Hamrun S.– Din hija l-aktar partita li tispikka f’dan il-programm. 

Hamrun Spartans jinsabu fit-tielet post, punt aktar minn Birkirkara. 

Għalhekk  rebħa hija imperattiva għall-Istripes biex jaċċertaw mit-tielet post. 

Iż-żewġ timijiet jimmi­raw li jirritornaw għar-rebħ hekk kif filwaqt li Birkirkara sfaw megħluba minn Hibernians bl-iskor ta’ 3-1, Hamrun spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra Flo­riana … u kienu sekondi bogħod minn rebħa meta fil-ħin miżjud huma ingħataw penalty iżda x-xutt ta’ Franklin Sasere mill-11-il metru ġie salvat mill-goalkeeper, Giorgi Kitanov.

L-uniku player sospiż huwa dak ta’ Birkirkara, Yannick Yankam.

Fiż-żewġ konfronti pre­ċedenti, Birkirkara ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 filwaqt li l-partita l-oħra spiċċat fi draw ta’ 0-0. 

Gudja U. v Floriana – Gudja United jiffaċċjaw lil Floriana liema konfront mhux se jinfluwenza l-klassifika. Dan minħabba li Floriana se jtemmu fit-tieni post filwaqt li Gudja se jispiċċaw fis-sitt post hekk kif jinsabu tmien punti taħt Gzira United. 

Minkejja li din il-logħba hija biss formalitá, iż-żewġ timijiet qed ifittxu rebħa biex itemmu l-istaġun fuq nota tajba. 

Floriana huma d-diżappunt ta’ din it-tieni fażi. Huma kienu sfidanti denji għar-rebħ tat-titlu. Iżda wara li sfaw megħluba minn Hibernians bl-iskor ta’ 4-1 fl-aħħar logħba tal-ewwel fażi, huma sfaxxaw.

F’din it-tieni fażi huma l-uniku team li ma skorjawx u li ma rebħux partita. 

Floriana għandhom lil Matias Garcia u Christian Rutjens sospiżi filwaqt li Diego Paiber se jirritorna minn sospensjoni.

Il-Greens għelbu lil Gudja United fiż-żewġ okkażjonijiet – 1-0 u 2-0.

Mosta v Sirens– Din hija partita bejn żewġ timijiet ġirien, Mosta u Sirens, li telgħu fit-tieni u t-tielet post rispettivament biex aċċertaw is-salvazzjoni. 

Għaż-żewġ coaches din il-logħba tista’ tkun opportunitá biex jintroduċu players żgħażagħ ħalli jieħdu ftit esperjenza tal-ogħla diviżjoni. 

Filwaqt li Mosta għelbu lil Valletta 3-2, Sirens sfaw  megħluba bl-istess skor minn Balzan. 

Għaldaqstant huma jin­żlu bi pjan biex itemmu l-istaġun fuq nota pożittiv hekk kif tilfu ħamsa mill-aħħar seba’ partiti. 

Iż-żewġ naħat m’għandhomx players sospiżi.

Wara li l-ewwel konfront spiċċa fi draw ta’ 1-1, Sirens għelbu lil Mosta 3-2 fit-tieni logħba.

Valletta v Sta Lucia – Sta Lucia jaffrontaw lil Valletta f’liema partita ma jistgħux iwaqqgħu punti. Dan huwa test diffiċli li ma jistgħux ifal­lu. 

Jekk jonqsu milli jegħlbu lill-Beltin, jistgħu jispiċċaw fiċ-Challenge League … jekk min-naħa tagħhom Balzan jirnexxielhom jegħlbu lil Sliema Wanderers. 

Dan minħabba li l-Luċjani u l-Balzanin jinsabu bl-istess ammont ta’ punti fiż-żona l-ħamra u din il-partita tista’ tissiġilla d- destin tagħhom. 

Min-naħa l-oħra, jekk iż-żewġ timijiet jirbħu l-logħba tagħhom, ikun jeħtieġ partita deċiżiva għas-salvazzjoni.  

Sta Lucia jridu jirriorganizzaw hekk kif il-moral tagħhom jinsab baxx ħafna wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Sliema Wanderers. Din il-partita kellha tkun il-punt ta’ referiment tal-istaġun tagħhom … iżda issa sabu ruħhom f’inkwiet kbir.

L-uniku player sospiż huwa d-difensur ta’ Valletta, Enmy Pena Beltre … filwaqt li Jurgen Pisani jirritorna għal Sta Lucia minn sospensjoni.

Fil-konfronti preċedenti, iż-żewġ naħat rebħu logħba kull wieħed… Valletta 5-3 u Sta Lucia 2-1.

Sliema W. v Balzan – Bi Sliema Wanderers diġá rele­gati, xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kri­terji ta’ Balzan. Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, teżisti possibbiltá kbira li jistgħu jitilfu l-profil tagħhom fl-ogħla diviżjoni. 

Min-naħa tagħhom, din hija l-aħħar logħba għall- Wanderers li fiha jsellmu lill-Kampjonat Premier  hekk kif staġun ieħor se jilagħbu fiċ-Challenge Lea­gue.  

Huma għandhom lil Omar Elouni sospiż iżda jirritorna Jean Carlos Cloth Goncalves. Bla dubju li Balzan se jħossu n-nuqqas tas-sospiż Uros Ljubomirac iżda Sean Cipriott jirritorna minn sospensjoni. 

Fil-konfronti diretti, l- ew­wel logħba ntemmet fi draw ta’ 1-1 filwaqt li Balzan ħarġu rebbieħa fit-tieni waħda bl-iskor ta’ 2-1.  

Ekonomija

Sport