AC Milan huma lesti li jiksbu s-servizzi ta’ żewġ plejers li jilagħbu fi Spanja Arnaut Danjuma u Yunus Musah. Dan tal-aħħar kien ilu jissemma’ li jingħaqad mar-Rossoneri u għalhekk il-qasba donnha ma ċaqċqitx għalxejn.
Danjuma jilgħab bħala attakkant ma’ Villareal u jista’ jiġi f’Milan fuq bażi ta’ self għas-somma ta’ €3 miljun filwaqt li Musah, li jilgħab bħala plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Valencia, jista’ jiġi akkwistat għas-somma ta’ €20 miljun
L-għan tar-Rossoneri hu dak li jakkwistaw lil dawn iż-żewġ plejers qabel ma jmorru għall-kamp ta’ taħriġ barra mill-Italja.