Thursday, December 26, 2024

Milan b’medjazzjoni bejn Leao u Fonseca

Aqra wkoll

AC Milan se jippruvaw isibu medjazzjoni bejn l-attakkant internazzjonali Portugiż Rafael Leao u l-kowċ Paulo Fonseca. Dan tal-aħħar kellu battibekk mal-plejer ta’ 25 sena u fl-aħħar konfront kontra Napoli li ntlagħab fi Stadio San Siro spiċċa fuq il-bank tar-riservi.

F’kumment li ta wara l-logħba mitlufa kontra l-Partenopei, Fonseca kien ferm dirett meta qal li hemm xi plejers fit-tim li ma jridux juru d-dedikazzjoni mixtieqa u din il-ħaġa urtat ħafna lil Leao.

Rapporti qed jgħidu li l-istess Leao mistenni jitlaq lit-tim fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport