Hekk kif il-Kap Eżekuttiv ta’ AC Milan Ivan Gazidis se jkun qed iħalli din il-kariga sabiex jibda avventura oħra, ir-Rossoneri qed ifittxu persuna oħra li lesta tokkupa dan ir-rwol.
Il-kumpanija Red Bird qed iħarsu lejn Giorgio Furlani, senior portfolio manager ta’ Elliott u membru fil-kunsill tal-amministrazzjoni ta’ Milan sa mis-sena 2018.
L-ogħla awtoritajiet ta’ Milan jafu li Furlani jaf sew l-ambjent tal-klabb u għalhekk jaf ikun il-bniedem ideali sabiex jimla din il-kariga tant importanti.