Saturday, October 26, 2024

Milan iridu jagħmlu lil Rafael Leao l-aktar player imħallas fl-Italja

Aqra wkoll

AC Milan qed jippruvaw jikkonvinċu lil Rafael Leao biex ikompli l-karriera tiegħu f’San Siro billi joffrulu kuntratt ġdid li jagħmlu l-aktar player imħallas fis-Serie A.

Chelsea kellhom taħditiet informali ma’ Milan dwar is-servizz ta’ Leao matul is-sajf li għadda u minkejja li r-Rossoneri rrifjutaw li jkomplu bin-negozjati, il-Pensioners xorta waħda baqgħu jsegwu l-progress tal-attakkant Portugiż.

Il-kuntratt ta’ dan il-player ta’ 23 sena jintemm f’Ġunju 2024 u għaldastant il-Milanisti jridu li jilħqu ftehim sal-jiem li ġejjin.

Hu mifhum li missier Leao huwa r-rappreżentant tiegħu b’Paolo Maldini dan l-aħħar sostna li l-intenzjoni tal-klabb hija li jintlaħaq ftehim qabel jitlaq għat-Tazza tad-Dinja mal-Portugall.

“Nixtiequ niffirmaw il-ftehim qabel it-Tazza tad-Dinja,” qal Maldini. “Tabilħaqq, ridna nagħmlu dan sena u sitt xhur ilu. Peró ninsab fiduċjuż li se naslu mal-player.”

Sport