Wednesday, September 24, 2025

Milan iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Christian Pulisic

Aqra wkoll

AC Milan għandhom l-għan sabiex iġeddu l-ftehim mal-midfielder mill-Istati Uniti Christian Pulisic li tant qed jispikka f’dan il-bidu tal-istaġun.

Minkejja dan l-interess, l-ebda laqgħa mal-aġent tiegħu ma ġiet skedata għalkemm id-diriġenti se jippruvaw minn kollox sabiex dan kollu jseħħ. Huma jafu li jridu jżommu lil dan il-plejer biex ma jitilfuhx u jmur jilgħab x’imkien ieħor.

Pulisic għandu 27 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Borussia Dortmund u Chelsea.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport