Tuesday, October 1, 2024

Milan iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Theo Hernandez

Aqra wkoll

AC Milan qed jippreparaw diskussjonijiet mal-aġent ta’ Theo Hernandez sabiex dan tal-aħħar iġedded il-kuntratt tiegħu. Il-klabb Taljan qed jara lill-plejer ta’ 26 sena bħala fundamentali mhux biss fil-preżent tagħhom iżda anke l-futur. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fis-sajf tal-2026 u l-għan tar-Rossoneri hu li jġedded sal-2028.

Hernandez għandu 26 sena u ilu ma’ Milan sa mis-sena 2019 fejn skorja 29 gowl f’168 logħba.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport