Wednesday, October 9, 2024

Milan iridu jġeddu l-kuntratti ta’ Rade Krunic u Mike Maignan

Aqra wkoll

Milan għandhom l-intenzjoni li jżommu żewġ plejers li matul l-istaġun li għadda urew il-kapaċitajiet tagħhom u li għenu lit-tim jiksbu l-miri mixtieqa.

Ir-Rossoneri se jippruvaw iġeddu l-kuntratt tal-gowlkiper tagħhom Mike Maignan li jiskadi tliet snin oħra. Huma jridu li dan jiġi estiż għal sentejn oħra minħabba l-wirjiet tajbin li pproduċa.

Fl-istess waqt hemm anke Rade Krunic li minkejja li qed jiġi segwit minn Fenerbache tat-Turkija, xorta waħda jridu jara x’se jagħmel lil hinn mill-kuntratt li għandu sas-sena 2025.

Il-kowċ Stefano Pioli jinsab kuntent bil-progress ta’ dawn iż-żewġ plejers.

Sport