AC Milan qed jaħsbu ftit iktar dwar x’għandhom jagħmlu sabiex isaħħu d-dipartiment offensiv tagħhom hekk kif matul dan l-istaġun, l-attakkanti ftit rendew.
Id-diriġenti Milanisti qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant ta’ Bologna Riccardo Orsolini. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u kapaċi jilgħab ukoll bħala winger. Hu ilu jiġi segwit mir-Rossoneri u dan jista’ jkun il-mument it-tajjeb li jagħmlu dan.
Sadanittant, it-tim immexxi minn Sergio Conceicao qed jippruvaw jakkwistaw ukoll lil Caleb Okoli mingħand Leicester City.