Thursday, December 26, 2024

Milan irrabjati għall-goal imħassar mill-VAR kontra Napoli

Aqra wkoll

Milan kienu ferm irrabjati wara li deċiżjoni kontroversjali tal-VAR  ċaħħdithom minn draw fit-telfa f’darhom ta’ 1-0 kontra Napoli. 

Il-midfielder ta’ Napoli Eljif Elmas skorja dak li kellu jkun il-goal deċiżiv fil-ħames minuta minn daqqa ta’ ras wara azzjoni ta’ corner. 

L-attakkant veteran ta’ Milan, Zlatan Ibrahimovic, deher li seta’ jikseb id-draw b’żewġ tentattivi faċli f’nofs l-ewwel taqsima u eżatt wara l-mistrieħ.

Fid-90 minuta, hekk kif Milan dehry bla ideat, Franck Kessie deher li kiseb id-draw iżda ċ-ċelebrazzjonijiet tar-Rossoneri ġew imwaqqfa ħesrem meta l-VAR iġġudika pożizzjoni ta’ offside kontra Olivier Giroud li kien mal-art fil-kaxxa. 

Din id-deċiżjoni rrabjat lil Milan biex Napoli rreġistraw l-ewwel rebħa wara erba’ partiti u b’hekk laħqu lill-istess Milan fit-tieni post tal-klassifika b’39 punt. 

“Dak li verament għamilni kuntenti kien li ma dħalniex wisq fil-fond sal-aħħar ħames minuti iżda żammejna l-bilanċ anke wara li morna fil-vantaġġ,” qal il-coach ta’ Napoli Luciano Spalletti.

“Iżda kellna ċansijiet li mmorru 2-0 minn fuq u lgħabna bħal team kontra avversarji mill-aqwa.”

Ekonomija

Sport