Milan isegwu lil Kristensen
Milan qed iħares diġà lejn is-suq ta’ Jannar biex isaħħaħ id-difiża tal-kowċ Massimiliano Allegri. Wara bidu ta’ kampjonat b’żewġ rebħiet u telfa, il-klabb qed jikkunsidra lil Thomas Kristensen ta’ Udinese. Id-difensur Daniż, wasal fir-reġjun tal-Friuli fl-2023 u diġà lagħab 54 partita b’2 gowls. Il-prezz tiegħu hu ‘l fuq minn 15-il miljun ewro, iżda l-profil tiegħu hu wieħed ferm interessanti.
Kristensen għandu 23 sena u apparti Udinese hu libes ukoll il-flokk ta’ Aarhus bejn l-2021 u l-2023 fejn skorja gowl f’39 logħba.