Saturday, June 28, 2025

Milan jikkunsidraw iżommu lil Alexis Saelemaekers

Aqra wkoll

AC Milan qed jikkunsidraw li jżommu lil Alexis Saelemaekers wara sentejn iddur minn klabb għall-ieħor fuq bażi ta’ self. Dan tal-aħħar diġà għandu esperjenza kbira fis-Serie A. Rebaħ kampjonat mar-Rossoneri u lagħab ukoll ma’ Bologna u Roma, fejn għenhom jispiċċaw fil-ħames post u jikkwalifikaw għal UEFA Champions League.

Fl-istaġun li għadda hu skorja 7 gowls u wettaq 5 assists fi 23 logħba tal-kampjonat. Milan qed jivvalutawh €15-il miljun, imma Roma ma jridux jixtruh minħabba restrizzjonijiet tal-Fair Play Finanzjarju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport